Ġublew tal-Vokazzjonijiet

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
10/05/25
12:00 am
Is-Seminarju tal-Arċisqof

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew tal-Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi se tkun maqsuma fuq tliet mumenti qosra li jirriflettu t-tliet tappi ta’ vokazzjoni: Laqgħa (Encounter), Smigħ (Listen) u Tweġiba (Respond).

Kull tappa ħa tkun qed tinkludi: testimonjanzi ta’ realtajiet vokazzjonali differenti, riflessjoni, mument ta’ talb, kif ukoll mixja qasira. Dawn il-mixjiet ħa joħolqu ambjent ta’ pellegrinaġġ żgħir madwar is-Seminarju, xbieha tal-Knisja li timxi u takkumpanja, li fl-aħħarnett iwassal lil dawk kollha li jattendu biex jifhmu x’jinvolvi li wieħed jiltaqa’, jisma’ u jwieġeb lil Alla għal dak li qed isejjaħlu għalih. Wara din iċ-ċelebrazzjoni, kulħadd hu mistieden għal mument ta’ fraternità.

12:00 am
10/05/25
Is-Seminarju tal-Arċisqof
Scroll to Top