Pubblikazzjonijiet

Noħorġu bit-Tama

Dan il-ktejjeb huwa riżorsa biex kemm b’mod individwali, kif ukoll flimkien bħala familji, ħbieb u komunitajiet ta’ fidi, aħna nkunu nistgħu nibqgħu ma’ Ġesù fit-talb. U hekk, Hu stess imexxina fit-triq tat-tama tiegħu; u aħna mmorru hemm fejn qiegħed jibgħatna u fejn kuljum niltaqgħu ma’ grieħi li Ġesù jixtieq ifejjaqhom, u jnissel mill-ġdid it-tama. Noħorġu bit-Tama joffri gwida għal talb u azzjonijiet konkreti li persuna jew familja tista’ tagħmel kuljum, u oħrajn li jistgħu jsiru darba f’ġimgħa jew darba f’xahar ghax jeħtieġu aktar impenn. Il-kontenut tiegħu hu maħsub biex jolqot I-istadji kollha tal-ħajja: mit-tfulija sal-anzjanità kif ukoll ir-realtà ta’ koppja, tal-familja u tal-parroċċa.

Tista’ takkwista fiżika ta’ dan il-ktejjeb billi tibgħat email fuq [email protected]. Għal kopja diġitali, tista’ tagħfas il-buttuna t’hawn taħt.


It-Tama Ankra rar-Ruħ

Ktieb li jinkludi l-Bolla tal-Indizzjoni tal-Ġublew Ordinarju tas-sena 2025 Spes non confundit, kif ukoll ġabra tal-katekeżijiet dwar it-tama li l-Papa Franġiska kien għamel fl-Udjenzji Ġenerali bejn l-2016 u l-2017.

Din il-ġabra msejsa fuq ħidmiet tal-Papa Franġisku ġew maqluba għall-Malti minn Francesco Pio Attard.

Publikazzjoni ta’ ĊAK.


Ngħixu l-Ġublew

Ktieb ta’ 180 paġna miġbur minn Mons. Carmelo Mercieca u maħruġ mill-Fondazzjoni ‘Kenn u Tama’. Dan il-ktieb għandu jservi ta’ gwida għall-ħajja tan-Nisrani matul is-sena tal-Ġublew 2025.

Apparti l-kontenut informattiv dwar il-Ġublew, dan il-ktieb jitfa’ dawl dwar kif aħna wkoll nistgħu nkunu parteċipi fil-virtù tat-tama kull fejn inkunu: bi tbissima, bil-ħbiberiji, bis-smigħ, u l-volontarjat fost l-oħrajn. Jislet ukoll ħsibijiet dwar il-frott tal-Ġublew u dwar Ommna Marija, Omm it-Tama.


Iktar pubblikazzjonijiet huma maħsuba li jiġu mnedija fix-xhur li ġejjin. Ibqgħu segwu dan l-ispazju għal iktar kontenut.

Scroll to Top