Ġublew tal-Katekisti

12/11/25
6:30 pm
Awditorjum tal-MUSEUM, Blata l-Bajda

Miġburin flimkien, fil-preżenza tal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna, il-katekisti kollha tal-Arċidjoċesi, ġejjin minn diversi komunitajiet u movimenti Kattoliċi, se jiċċelebraw il-Ġublew tal-Katekisti f’din is-sena tal-Ġublew tat-Tama, nhar l-Erbgħa 12 ta’ Novembru 2026 (6.30pm – 8pm), fil-Awditorju tal-MUSEUM fi Blata l-Bajda (il-Ħamrun). F’din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa li tgħaqqad lill-katekisti kollha flimkien, il-katekisti sejrin jirriflettu dwar is-sejħa għal dan il-ministeru, imdawlin ukoll mill-ħsibijiet tar-ragħaj tagħna. Flimkien ma’ dan, diversi katekisti se jirrakkuntaw fil-qosor l-esperjenzi tagħhom. Se niltaqgħu ukoll ma’ adulti li għexu il-mixja tal-katekumenat. Dawn l-esperjenzi sinjifikattivi, għandhom ikunu għajn ta’ tama għal dawk kollha li qed jaqdu lill-Poplu t’Alla permezz ta’ din is-sejħa. Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq b’mument ta’ talb fil-preżenza ta’ Ġesù Ewkaristija, ferħ u raġuni waħdanija tat-tama tagħna. 

6:30 pm
12/11/25
Awditorjum tal-MUSEUM, Blata l-Bajda
Scroll to Top