Fittex dwar Consular Plus li joffru servizzi varji offruti mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.

Taħt, għandek issib il-kuntatti li huma disponibbli għalik 24 siegħa kuljum.

Aqra iktar dwar iċ-ċirkustanzi li Consular Plus jistgħu jgħinuk fihom meta tkun barra. Fost l-għajnuniet, tista’ ssib iktar tagħrif f’dak li għandu x’jaqsam m’aċċidenti u mard, possibiltajiet ta’ kriminalità, u kriżijiet oħra.

Segwi l-aħħar aġġornamenti dwar l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu ma’ vjaġġar fl-Istat tal-Vatikan. Għandek issib ukoll informazzjoni dwar il-Visa, Saħħa u Sigurtà, u struzzjonijiet oħra. Kun konxju li dan l-ispazju jkun aġġornat spiss skont l-aħħar żviluppi tal-istat.

Dawn huma xi tweġibiet ta’ mistoqsijiet li spiss niltaqgħu magħhom. Biss, fuq kollox, ħu ħsieb li d-dettalji tal-karta tal-identità u tal-EHIC, tal-passaport, u tal-biljett huma korretti u aġġornati.

Kif nista’ niżgura li ma ninsa xejn?
Agħmel lista ta’ affarijiet li għandek bżonn tippakkja qabel tibda. Ingassa kull oġġett hekk kif tippakkjah. Erġa’ iċċekkja l-iktar affarijiet essenzjali bħall-passaport, biljetti, mobile, u charger qabel titlaq.

Kif nista’ nevita li nippakkja affarijiet żejda?
Ippakkja biss dak li verament għandek bżonn. Ippjana l-ilbies tiegħek għal kull jum u agħżel żraben u ħwejjeġ li jistgħu jintużaw għal diversi okkażjonijiet. Ftakar li d-distanzi lejn l-akkomodazzjoni jaf tkun kemxejn ‘il bogħod u t-trasport ikun limitat bl-influss ta’ nies previsti.

X’għandi nżomm fil-bagalja tal-idejn?
Żomm il-karta tal-identità, il-kartiera, il-mobile, iċ-charger, il-biljetti tal-ivvjaġġar, il-mediċini, xi tnaqqir, u tibdila ta’ ħwejjeġ f’każ li l-bagalja ewlenija tittardja jew tintilef.

Kif nista’ nibqa’ komda/u fuq ajruplan jew ferrovija?
Ilbes ħwejjeġ komdi, ġakketta ħafifa f’każ li l-vettura jkollha temperaturi baxxi, u jekk tħoss il-bżonn, aħseb f’ par headphones u mħadda.

X’għandi nagħmel jekk nintilef?
Żomm kalm/a u fittex mappa, staqsi lil xi ħadd lokali għad-direzzjonijiet, jew uża l-GPS fuq il-mobile tiegħek. Niżżel mapep offline qabel tivvjaġġa sabiex tkun tista’ ssib triqtek mingħajr internet.

Kif nista’ nżomm il-mobile tiegħi iċċarġjat waqt ivvjaġġar?
Ġorr power bank u ħu ħsieb li tiċċarġja l-apparat tiegħek meta jkollok ħin liberu, bħal f’ħin l-ikel jew fuq il-ferroviji.

Kif nista’ nevitaw li nimrad waqt ivvjaġġar?
Aħsel idejk spiss, evita li tixrob ilma ġieri minn postijiet mhux magħrufa, u kul f’postijiet nodfa u rispettati. Żomm sanitizer miegħek u fuq kollox, ħu ħsieb li għandek il-karta EHIC aġġornata u disponibbli.

Kif nista’ nittratta problema ta’ lingwa?
Tgħallem ftit frażijiet bażiċi bil-lingwa lokali, bħal “jekk jogħġbok,” “grazzi,” u “għandi bżonn l-għajnuna.” Uża apps ta’ traduzzjoni għal komunikazzjoni iktar kumplessa.

Scroll to Top