Talba tal-Ġublew
Missierna li inti fis-Smewwiet,
agħmel li l-fidi li tajtna b’don f’Ġesù Kristu, Ibnek u ħuna,
u l-fjamma tal-imħabba msawba fi qlubna mill-Ispirtu s-Santu,
iqanqlu fina t-tama hienja fil-miġja ta’ Saltnatek.
Ħalli l-grazzja tiegħek tibdilna
fi bdiewa ħawtiela taż-żerriegħa tal-Vanġelu
li ttella’ l-għaġna tal-umanità u tal-ħolqien kollu,
fl-istennija fiduċjuża tas-smewwiet ġodda u art ġdida,
meta, megħluba s-setgħat tal-Ħażen,
tfeġġ għal dejjem il-glorja tiegħek.
Ħa tħeġġeġ il-grazzja tal-Ġublew mill-ġdid fina, Pellegrini tat-Tama,
ix-xenqa għall-ġid tas-Sema
u xxerred fuq id-dinja kollha l-ferħ u l-paċi tal-Feddej tagħna.
Lilek, Alla mbierek għal dejjem,
kull ġieħ u glorja f’kull żmien.
Ammen.