Il-mascot tal-Ġublew 2025, jisimha “Dawl”, hu fuq it-tema tal-Ġublew, ‘Pellegrini tat-Tama. L-ilbies tal-mascot ‘Dawl’ hu dak tipiku tal-vjaġġatur: raincoat safra li jipproteġiha fil-maltemp, żarbun bit-tajn mill-mixja li għaddejja minnha, salib u bastun tal-pellegrini.
Għajnejn ‘Dawl’ huma kbar u jilmgħu hekk li jevokaw it-tama li titnissel fil-qalb tal-pellegrin u juru x-xewqa għall-ispiritwalità u r-rabta ma’ Alla, kif ukoll iwasslu messaġġ universali ta’ paċi u fraternità.
Il-mascot ‘Dawl’ hu parti minn kuntest iktar wiesgħa, maħsub biex jinvolvi l-ġenerazzjonijiet il-ġodda u jippromwovi d-djalogu bejn il-bnedmin kollha. ‘Dawl’ mhux biss tirrappreżenta l-Ġublew, iżda tibqa’ simbolu ta’ merħba u ta’ komunjoni.