
Għadd ta’ kappillani ltaqgħu għal nofstanhar ta’ riflessjoni flimkien dwar il-missjoni tagħhom fil-parroċċi u fost il-komunità.
Ir-riflessjoni kienet dwar il-Ġublew tat-Tama magħquda mar-rit li jsir fil-bidu tal-ministeru tal-kappillan fil-parroċċa, li tkun qed tiġi afdata f’idejhom waqt l-hekk imsejħa l-quddiesa tal-pussess.
Dun Daniel Xerri, il-mistieden biex jagħmel ir-riflessjoni, rabat l-attitudni tat-tama li kull kappillan għandu jgħix mal-ministeru saċerdotali u mal-irwol tiegħu bħala dak li jamministra s-sagramenti u li jressaq lill-poplu afdat f’idejh lejn id-don tal-fidi u lejn l-esperjenza u r-relazzjoni ma Kristu.
Wara din ir-riflessjoni kien hemm mument ta’ adorazzjoni mmexxi minn Dun Karist Zammit, fejn irrefera għall-parabbola tas-siġra tad-dwieli, Kristu id-dielja vera, u aħna il-friegħi.
Fi tmiem l-adorazzjoni l-Arċisqof Charles Scicluna ġedded il-wegħdiet li kull kappillan jagħmel fiċ-ċelebrazzjoni tal-bidu tal-ministeru saċerdotali tiegħu u wara ta l-Barka Sagramentali.
Waqt l-adorazzjoni
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Claire CamilleriWaqt l-adorazzjoni
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Claire CamilleriDun Daniel Xerri waqt il-ħint a’ riflessjoni
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Claire Camilleri