Ġublew tal-Isportivi

Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza
20/07/25
8:00 am
Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi
Il-Kappella ta' San Niklaw, is-Siġġiewi

Languages:

mt

Il-Kummissjoni Djoċesana Sport qed tistieden lil kulħadd għall-Ġublew tal-Isportivi li se jibda b’ġirja (fun run) fit-8am minn ħdejn il-Kappella ta’ San Niklaw is-Siġġiewi. Se jkun hemm żewġ possibiltajiet ta’ rotot: waħda ta’ 1.5Km u oħra ta’ 3.5Km, bil-għan li iktar individwi (inkluż it-tfal) jkunu jistgħu jipparteċipaw.

Iż-żewġ rotot se jwasslu għad-Dar tal-Providenza, fejn tkun għaddejja l-Maratona tal-Volleyball b’risq l-istess Dar. Hemmhekk se jkun hemm diversi logħob li jolqtu lil kulħadd (tfal, żgħażagħ, u adulti).

Fid-9:30am, tiġi ċċelebrata quddiesa mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles Scicluna.

8:00 am
20/07/25
Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi
Il-Kappella ta' San Niklaw, is-Siġġiewi

Languages:

mt
Scroll to Top