Iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ tal-Ġublew tibda fil-5pm b’mument ta’ talb mill-Arċisqof ta’ Malta fil-Grotta ta’ San Pawl. Il-miġgħema tkun tista’ ssegwi kollegament dirett min-navi u l-pjazza tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat. Wara, l-Arċisqof jingħaqad mal-komunità miġbura u fil-bidu tar-rit liturġiku, jinqara l-Vanġelu. Minn dan il-mument, tiġi misluta l-istedina għall-pellgrinaġġ. Dan il-pellegrinaġġ jibda mill-istess Knisja Parrokkjali tar-Rabat f’mixja proċessjonali lejn il-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina. Dan il-pellegrinaġġ se jkun akkumpanjat mill-familji, il-miżżewġin, l-għarajjes, u l-koppji. Dawn il-pellegrini, fost il-miġgħema sħiħa, huma fiċ-ċentru taċ-ċelebrazzjoni ġubilari tad-29 ta’ Diċembru, f’jum it-tifkira tal-Familja Mqaddsa.
Ir-rit liturġiku jkompli fil-Katidral tal-Imdina, fejn fost l-oħrajn, jiġi ppreżentat il-kurċifiss, simboliku mal-virtù tat-tama. L-aħħar talba tkun proprju t-talba tal-quddies, li se tkun iċċelebrata fis-6pm.