L-Innu tal-Ġublew
Il-kant huwa lingwa li tissieħeb b’mod armonjuż mat-talb, kif tabilħaqq tixhed it-tradizzjoni artistika tal-Knisja matul iż-żmien. Din l-istess lingwa tgħaqqad il-vuċijiet u l-istejjer individwali tagħna f’talba komunitarja waħda. Għaldaqstant, għal dan il-ġublew ġie kompost innu minn Pierangelo Sequeri b’titlu li jfakkar it-tema tal-avvenimenti ġubilari: Pellegrini ta’ tama.
Huwa innu li jmiss diversi temi li jqanqlu fina tama fosthom il-ħolqien, il-fraternità, il-ġentilezza t’Alla, u t-tama fid-destinazzjoni tal-vjaġġi tagħna.
Il‑Knisja f’Malta u f’Għawdex qed tippubblika l‑verżjoni bil‑Malti tal‑innu uffiċjali tal‑Ġublew tat‑Tama bit‑tema ‘Pellegrini tat‑Tama’. It‑test inqaleb għall‑Malti minn Francesco Pio Attard u kantat mill‑Kor tad‑Djoċesi ta’ Għawdex.