Bilqiegħda

Bilqiegħda hu serje ta’ riflessjonijiet maqsuma f’6 episodji ispirati mill-Ġublew Bibbliku. Dan il-ġublew, li l-istruzzjonijiet tiegħu jinsabu fil-ktieb tal-Levitiku, jisħaq dwar l-importanza tal-mistrieħ, virtù li eluf ta’ snin wara tant għad għandna bżonn. It-titlu ta’ din is-serje – Bilqiegħda – huwa proprju stedina biex tieħu mument wara kull filmat biex tpoġġi ma’ dawn ir-riflessjonijiet, miegħek innifsek, b’tama li fis-skiet tagħraf ix-xewqa t’Alla għalik illum. Mhux meta l-affarijiet hemm mnejn ikunu aħjar, imma llum. Ix-xewqa aħħarija hija li b’pass lura mill-għaġla li taf toffri l-ħajja, nagħrfu ngħixu bi priorità u biex, ninsabu fejn ninsabu, noqorbu iktar lejn Ġesù.

Segwi din ir-riżorsa fuq:


Bieb Ktieb

Anke jekk f’Malta m’għandniex Bibien Imqaddsa tul din is-sena, is-simbolu tal-bieb spiss jissemma matul il-Ġublew. 𝘽𝒊𝙚𝒃 𝑲𝙩𝒊𝙚𝒃 hu ħsieb li ttella’ fuq il-media soċjali tal-Arċidjoċesi kull 𝐧𝐡𝐚𝐫 𝐭𝐚’ 𝐓𝐧𝐞𝐣𝐧 𝐟𝐢𝐬-𝟐𝐩𝐦 tul iż-żmien tar-Randan dwar bibien li jissemmew fil-Kotba Mqaddsa.

Iftaħ ktiebek 📖 u biebek 🚪



X’inhu eżatt il-Ġublew?

Tifsira qasira dwar din is-sena ta’ grazzja li qegħdin nesperjenzaw u dwar ir-relevanza tagħha f’ħajjitna llum.
Jalla din is-sena tkun waħda li fiha nagħrfu niskopru t-tama tagħna flimkien 👐


Kont Taf?


Scroll to Top