Pubblikazzjonijiet
Noħorġu bit-Tama
Dan il-ktejjeb huwa riżorsa biex kemm b’mod individwali, kif ukoll flimkien bħala familji, ħbieb u komunitajiet ta’ fidi, aħna nkunu nistgħu nibqgħu ma’ Ġesù fit-talb. U hekk, Hu stess imexxina fit-triq tat-tama tiegħu; u aħna mmorru hemm fejn qiegħed jibgħatna u fejn kuljum niltaqgħu ma’ grieħi li Ġesù jixtieq ifejjaqhom, u jnissel mill-ġdid it-tama. Noħorġu bit-Tama joffri gwida għal talb u azzjonijiet konkreti li persuna jew familja tista’ tagħmel kuljum, u oħrajn li jistgħu jsiru darba f’ġimgħa jew darba f’xahar ghax jeħtieġu aktar impenn. Il-kontenut tiegħu hu maħsub biex jolqot I-istadji kollha tal-ħajja: mit-tfulija sal-anzjanità kif ukoll ir-realtà ta’ koppja, tal-familja u tal-parroċċa.
Tista’ takkwista fiżika ta’ dan il-ktejjeb billi tibgħat email fuq [email protected]. Għal kopja diġitali, tista’ tagħfas il-buttuna t’hawn taħt.
Iktar pubblikazzjonijiet huma maħsuba li jiġu mnedija fix-xhur li ġejjin. Ibqgħu segwu dan l-ispazju għal iktar kontenut.